Valentina Bezzina ta’ 71 sena minn Bormla li taħdem bħala careworker u Jessie Valentino Poquiz ta’ 30 sena mill-Filippini ġew mixlija bil-mewt ta’ pazjent fl-Isptar Monte Carmeli.
Quddiem il-Maġistrat Simone Grech, Bezzina u u Valentino Poquiz ġew mixlija li f’Marzu tas-sena li għaddiet b’nuqqas ta’ ħsieb, ikkaġunaw il-mewt ta’ Joseph Attard minħabba traskuraġni.
Għal Bezzina qegħdin jidhru l-Avukati Edward Gatt u Ishmael Psaila.