Żewġ ħaddiema ttieħdu l-isptar Mater Dei wara li waqgħu minn għoli f’żewg siti tal-kostruzzjoni f’San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:15am fi Triq il-Qawra f’San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni żewg ħaddiema, Indjan ta’ 57 sena li jgħix il-Pieta u Tork ta’ 45 sena li jgħix il-Gżira, waqgħu minn għoli ftit ħin ‘il bogħod minn xulxin f’żewg siti ta’ kostruzzjoni li jagħmlu mal-istess triq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejjaħ tim mediku flimkien ma’ ambulamza fejn ħadeg liż-żewġ ħaddiema l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.