Żewġ kaxxiera ttieħdu l-isptar wara serqa minn lido f’San Ġiljan.Il-każ seħħ għall-ħabta tal-17:00 fi Triq ix-Xatt ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan meta persuna daħlet f’lido li jinsab max-xatt u għamel użu minn ‘spray’ bħala mezz ta’ arma.
Il-ħalliel ħarab minn fuq il-post bi flus kontanti.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet liż-żewġ kaxxiera l-isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.