Żewġ ħaddiema tas-Servizz Pubbliku weġġgħu kmieni dalgħodu waqt li kienu qed jagħmlu xogħol ta’ tindif u manutenzjoni bħala parti mill-kampanja “Insebbħu Pajjiżna”.
Il-ħaddiema minn Ambjent Malta nqabdu bejn il-vettura tagħhom u vettura oħra li kienet qed tinstaq fi Triq Ras il-Qawra.
Iż-żewġ ħaddiema kienu qed jagħmlu xogħol ta’ żebgħa u manutenzjoni ta’ pedestrian railings fl-inħawi.
Il-ħaddiema ttieħdu l-Isptar Mater Dei u l-Pulizija qed tinvestiga l-każ.