Żewġ gwardjani tal-ħabs inħelsu minn kull akkuża, fosthom li kkaġunaw ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq Wayne Delia li kien priġunier.
Il-każ imur lura għal tliet snin ilu, meta Delia allega li ġie msawwat miż-żewġ gwardjani.
Fil-konfront ta’ Delia tpoġġew ukoll akkużi li hu stess aggredixxa lill-uffiċjali.
Il-Maġistrat Nadine Lia ħelset lill-gwardjani iżda sabet ħati lill-eks priġunier.
Fil-fatt Delia weħel għaxar xhur ħabs u ħamest elef ewro multa.
Għall-gwardjani dehru l-Avukati Herman Mula u Christian Camilleri.