Liam Mallia ta’ 23 sena u Darren Agius ta’ 26 sena ġew illiberati mill-qorti ppreseduta mill-Maġistrat Francesco Depasquale wara li ddikkjarat li l-verżjoni tal-pulizija setgħet tkun iktar kredibbli u ma ntużatx il-forza eċċessiva.
Il-każ kien ġara f’Paceville fis-17 t’Awwissu tas-sena 2013 meta nqalgħet ġlieda dejn diversi persuni u ntervjeniet il-pulizija. Andrei Spiteri kien qal li qala’ daqqa mingħand Mallia u Glendon Calleja kien qal li qala’ daqqa ta’ ponn mingħand Agius. L-akkużati qalu li dan ma kienx minnu anzi saħqu li l-pulizija tawhom daqqiet ta’ sieq u sprejjaw il-pepper spray f’wiċċ persuna minnhom.
Il-qorti qabdet tabib li wasal għall-konklużjoni li l-akkużati sofrew ġrieħi ħfief li jaqblu ma’ resisting arrest imma mhux ma’ xebgħa.