Żewġ ġurnalisti Olandiżi li kienu maħtufa l-ġimgħa li għaddiet minn ribelli fil-Kolumbja inħelqu wara jum ta’ rapporti kunfliġġenti dwar id-destin tagħhom.
Derk Bolt u Eugenio Follender ngħataw lura lid-delegazzjoni mill-Uffiċċju tal-Ombudsman Kolumbjan.
Aħbar li kienet mistennija ħafna mill-familjari tagħhom dan hekk kif għall-ewwel intqal li se jinħelsu l-Ġimgħa iżda kien hemm tibdil fil-ftehim u baqgħu miżmuma milli jinħelsu.