Fi stqarrija, il-Gvern qal li l-immigranti li ġew irrilokati lejn il-Portugall ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta minn fuq il-bastiment Alan Kurdi fis-sebgħa ta’ Lulju li għadda.
L-immigranti li ġew irrilokati lejn Franza ġew salvati minn fuq il-bastiment Ocean Viking fit-23 ta’ Awwissu li għadda.
L-immigranti kollha ngħataw l-għajnuna mill-awtoritajiet lokali, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Migrazzjoni u minn uffiċjali mill-ambaxxti tal-Portugall u Franza.
Il-Gvern qal li dawn il-proċess ta’ rilokazzjoni huwa riżultat ta’ ftehim ad hoc li ntlaħaq bejn il-Kummissjoni Ewropea, Malta u pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropej.