Fil-partitissima ta’ tmiem il-ġimgħa u li ntlagħbet quddiem l-akbar attendenza tal-istaġun, ic-champions Hamrun Spartans għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 2-1, biż-żewġ goals għalihom jaslu fl-ewwel taqsima. B’hekk, l-Ispartans telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika b’16-il punt, għalkemm għandhom logħba iktar minn Floriana.
L-Ispartans kienu indubbjament l-aqwa team fil-partita tul id-90 minuta, fejn madankollu Valletta kellhom ukoll il-waqtiet pożittivi tagħhom fosthom fit-tieni taqsima fejn irnexxielhom ukoll isibu x-xibka, waqt li fallew penalty.
Hamrun għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss erba’ minuti permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin ta’ UROS DURANOVIC.
Huma komplew jiddettaw il-logħob u rduppjaw l-iskor fit-28 minuta permezz ta’ xutt kważi minn tarf il-kaxxa ta’ JONNY li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper ta’ Valletta, Jake Galea.
Valletta wieġbu fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ freekick tal-ispeċjalista Brandon Paiber li għadda ftit għoli.
Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Valletta ħarġu ferm aggressivi fit-tentattiv ovvju li jġibu l- iskor indaqs u u fis-47 minuta rebħu penalty meta Joseph Mbong waqqa’ lill-player ta’ Valletta Prestes. Mill-11-il metru inkariga ruħu Brandon Paiber li iżda ra t-tentattiv tiegħu jistampa mal-mimduda, bid-difiża tal-Ispartans tkun pronta u tikklerja l-ballun ‘il bogħod minn kull periklu.
Hamrun wieġbu fit-62 minuta meta l-iskorer prolifiku internazzjonali Malti Malti Luke Montebello qabeż difensur avversarju, iżda kellu x-xutt angulat tiegħu jintemm ftit għoli.
Il-partita kompliet tiżvolġi b’ħafna logħob f’nofs il-ground b’xi waqtiet nervużi,
Dan sad-90 minuta meta FEDERICO FALCONE permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin, naqqas il-marġni tal-iskor għall-Beltin.
Madankollu, Hamrun Spartans komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Refreree: Trustin Farrugia Cann
BOV Plejer tal-Logħba: Elionay Da Silva Freitas (Hamrun S.)