Ftit tal-ħin ilu kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ dan l-istazzjon li żewġ għawwiema li kienu qed jgħumu f’Coral Lagoon, Kemmuna, sabu diffikultà biex jitilgħu lura.
ONE News jista’ jikkonferma li ż-żewġ persuni ġew salvati u fortunatment ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident.
Fuq il-post marru uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u mill-Forzi Armati ta’ Malta sabiex jassistu.
Iż-żewġ persuni ddaħħlu mil-lanċa MANUĊĊA fil-bajja tal-Għadira fejn kien hemm ambulanza tistennihom.