Żewġ Għawdxin wieħed ta’ 21 sena minn Kerċem u ieħor ta’ 59 sena minn Għajnsielem baqgħu jinżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati b’rabta ma’ traffikar u pussess ta’ droga.
Fil-Qorti t’Għawdex huma wieġbu mhux ħatja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
F’dan il-każ hemm involuti b’kollox ħamest irġiel li ġew arrestati nhar is-Sibt li għadda.
Wara jiem ta’ osservazzjoni f’diversi postijiet, il-Pulizija għamlu tfittxijiet fi stabbiliment f’Għajnsielem u fil-pussess ta’ tlett irġiel sabet sustanza suspettata kokaina.
Tfittxijiet oħra saru fix-Xagħra, fejn il-Pulizija sabet fil-pussess ta’ żewġ irġiel oħra sustanza suspettata kannabis lesta għat-traffikar.