F’każi separati żewġt irġiel minn Għawdex kienu mmultati eluf ta’ ewro u kellhom il-liċenzja tal-kaċċa sospiża għal sentejn wara li ammettew li kkaċċjaw b’mod illegali.
Emmanuel Camilleri ta’ 62 sena weħel multa ta’ €3000 wara li ammetta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud li ikkaċċja mingħajr il-liċenzja meħtieġa u li uża apparat tal-insib illegali. Dan kien ordnat iħallas il-multa b’€100 fix-xahar, b’konsegwenza ta’ ħabs jekk ma jżommx ma’ din ir-regola.
Sunny Camilleri ta’ 28 sena kien immultat €1000 wara li nqabad jikkaċċja fi żmien fejn l-istaġun kien magħluq. Dan wieġeb ħati għal din l-akkuża, bir-riżultat li kienet sospiża l-liċenzja tal-kaċċa tiegħu, apparti l-multa ta’ elf ewro.