Wara perjodu ta’ rijabilitazzjoni, Spanjulett u Seqer ta’ Denbu, inħelsu fil-pajsaġġ u l-kalma ta’ Kemmuna fejn mistennija jqattgħu Xitwa f’abitat li jbejtu fih għasafar tal-priża mdawra bil-ħdura u ‘il bod mill-iżvilupp.
Peress li Kemmuna hija żona ta’ Natura 2000, mhuwiex permess li jsir kaċċa jew insib fuqha, għalhekk din il-gżira hija ż-żona ewlenija fejn l-għasafar tal-priża rijabilitati jinħelsu minn BirdLife Malta.
Iż-żewġ għasafar, inħelsu fl-aħħar jiem, f’temp bnazzi hekk kif il-kundizzjoni tat-temp huwa fattur kruċjali li jiddetermina s-suċċess tar-rijintegrazzjoni tal-għasfur f’ abitat meħlus wara ġimgħat ta’ kura wara li ntlaqtu mill-kaċċaturi.
L-Ispanjulett, li ngħata l-isem ta’ Thor, li nstab fil-Limiti tal-Imġarr mill-pubbliku kien ilu għand il-BirdLife Malta għal 46 jum.
F’Kemmuna Thor ma damx ma sab xortih, hekk kif BirdLife Malta rrappurtat li ftit wara li nħeles kien innutat itir ma’ għasfur ieħor tat-tip tiegħu qabel għebu flimkien wara l-għoljiet.
Is-seqer ta’ Denbu, li ssejjaħ Jupiter, huwa għasfur li ma tantx tara minnu f’ pajjiżna, iddaħħal għand Birdlife Malta b’ ġewnaħ miksur.
Minkejja li pprefera jibqa’ waħdu kien innutat itir b’ saħħtu fuq il-widien u jsaffar jgħajjat.