Ryan Caruana u Maria Laura Fenech, żewġ għalliema fi skola tal-Gvern, iddeċidew li f’dan iż-żmien ta’ pandemija fejn il-maġġoranza tan-nies jinsabu fi djarhom, joħolqu paġna fuq Facebook b’kwiżis bil-Malti.
Il-paġna jisimha, Corokwiżż. L-għalliema qalu li din l-idea kienet biex ta’ kuljum fis-sebgħa ta’ filgħaxija jtellgħu kwiżż ta’ bejn wieħed u ieħor erbgħin mistqosija. S’issa waslu fit-22 kwiżż.
F’din il-paġna wieħed jista’ jaraw wkoll xogħlijiet ta’ għalliema oħra li qed jikkollaboraw ma’ dan il-proġett.
Intant, ħafna mill-kwiżis jikkonsistu minn mistoqsijiet fuq: Tagħrif Ġenerali, Arti u Kultura, Ġeografija, Sports, Storja u anke fuq il-lingwa Maltija.
Il-Pubbliku huwa mistieden jieħu sehem b’xejn f’dawn il-kwiżis.
L-għalliema żiedu jgħidu li permezz ta’ din il-paġna n-nies ikunu jistgħu jieħdu gost jikkompetu f’dawn iż-żminijiet diffiċli u naturalment jitgħallmu xi ħaġa b’xejn u interessanti.
Kulħadd jista’ jieħu sehem u b’XEJN. Bis-saħħa ta’ dil-paġna li ħloqna, in-nies ikunu jistgħu jieħdu gost jikkompetu f’dawn iż-żminijiet diffiċli u naturalment jitgħallmu xi ħaġa b’xejn u interessanti.
Wieħed jista’ jaċċessa dawn il-kwiżs hawn: https://www.facebook.com/corokwizz/?modal=admin_todo_tour