Żewġ ġenerali Amerikani qalu li huma kienu taw il-parir sabiex fl-Afganistan jinżammu 2,500 suldat. Dan propju qabel mal-President tal-Istati Uniti rtira t-truppi kollha f’dan il-pajjiż biex kawża t’hekk it-Talibani ħadu bil-forza t-tmexxija tal-pajjiż.
F’xhieda li kienu qed jagħtu fil-Kungress huma kkontradixxew lill-President Joe Biden, li dan tal-aħħar qal li ma jiftakarx il-parir li ngħata minn dawn il-ġenerali.
Wieħed minnhom infatti qal li l-Amerika kienet sorpriża għal kif il-Gvern preċedenti tal-Afganistan ikollassa mod mgħaġġel.
Iż-żewġ ġenerali kienu qed jiġu mistoqsija mill-kumitat apposta fuq l-armata u anke mis-Segretarju Amerikan għad-Difiża.