Żewġ Franċiżi, raġel ta’ 30 u mara ta’ 42 sena, indarbu gravi wara li lbieraħ wara nofshinar kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Marsalforn, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta
bejn vettura li fiha kien hemm il-Franċiżi u mutur misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Għajnsielem.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
B’konsegwenza tal-incident vettura oħra li kienet ipparkjata ġarbet xi ħsarat.
Il-Franċiżi ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza, fejn ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.