L-eks Prim Ministru tal-Pakistan Imran Khan li bħalissa jinsab il-ħabs sostna li rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal-pajjiż u ħeġġeġ lill-partitarji tiegħu sabiex joħorġu jiċċelebraw.
Kandidati indipendenti wkoll qalu li Khan rebaħ l-akbar numru ta’ siġġijiet.
Madankollu l-ex Prim Ministru Nawaz Sharif wkoll qed itenni li l-partit tiegħu ġab l-akbar numru ta’ voti u sejjaħ sabiex partiti oħra jingħaqdu miegħu f’koalizzjoni.
S’issa ma jidher li l-ebda partit ma ġab maġġoranza ġenerali u r-riżultati tal-elezzjoni għadhom iridu jitħabbru.
L-eks Prim Ministru Khan bħalissa jinsab il-ħabs wara li nstab ħati f’numru ta’ każijiet li skontu huma mmotivati politikament.