Fi Franza, żewġ ċentri ta’ vaċċinazzjoni ġew ivvandalizzati matul dawn l-aħħar jiem.
Dawn l-attakki seħħew fi tmiem il-ġimgħa li raw protesti kbar.
Fil-jum tas-Sibt, aktar minn 100,000 persuna niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra l-miżuri li daħħal il-Gvern Franċiż, b’rabta mal-pandemija.
Fost il-miżuri li daħħal il-Gvern Franċiż hemm li l-ħaddiema tas-saħħa jridu jitlaqqmu kompletament, waqt li jridu jużaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin biex jidħlu f’postijiet pubbliċi.