Azzjoni immedjata ta’ żewġ carers Għawdxin f’Dar Padova – Maria u Michael – salvat minn ħalq il-mewt lil anzjan.
ONE NEWS jinsab infurmat li meta dawn il-carers marru biex jiġbru lill-anzjan minn daru, sabuh mal-art u mitluf minn sensih.
Grazzi għat-taħriġ li b’mod kontinwu jsir lill-ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani, iż-żewġ carers għamlulu r-rianimazzjoni kardjopulmunari u żammewh stabbli sakemm waslet l-ambulanza.
F’post fuq Facebook, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela, irringrazzja liż-żewġ carers għall-l-eżempju li taw u għax-xogħol eċċellenti li qed jagħmlu flimkien ma’ sħabhom.