Żewġ bastimenti Navali Amerikani jinsabu f’operazzjoni qrib it-Taiwan.
Din hija l-ewwel operazzjoni ta’ dan it-tip minn mindu eskalaw it-tensjonijiet bejn iċ-Ċina u t-Taiwan fl-aħħar ġimgħat wara ż-żjara tal-Ispeaker Amerikan Nancy Pelosi fit-Taiwan.
Fl-istess żona, bħalissa, iċ-Ċina tinsab għaddejja b’taħriġ fuq skali kbar b’reazzjoni għal dan.
Il-Forzi Amerikani qalu li f’din l-operazzjoni hemm żewġ bastimenti li kapaċi jisparaw missili li qegħdin ibaħħru f’ibħra internazzjonali.
Madanakollu, din il-mossa qed tkun interpretata bħala provokazzjoni minn Washington, skont Beijing hekk kif iċ-Ċina għadha tqis lit-Taiwan parti integrali minna.