Inċident li jinvolvi t-tixrid ta’ żejt minn bastimenti għall-baħar jista’ jħalli diżastru ambjentali u ekonomiku li r-riperkussjonijiet tiegħu jinħassu għall-snin twal jekk ma jkunx irriversibbli.
Bil-għan li l-ibħra madwar l-Ewropa ma jerperjenzawx xi ħaġa simili, madwar l-Ewropa hawn 17-il bastiment lesti biex fl-eventwalità t’ inċident jikkontrollaw dan it-tixrid.
F’ pajjiżna hawn tnejn minnhom.