Investiment ta’ €200,000 f’żewġ swali ġodda tal-qorti jinsabu lesti ghall-użu.
Dan il-pass ikompli jgħin biex iċ-ċittadin jinqeda aħjar. Wegħda oħra li tiġi ndirizzata l-problema tad-dewmien fil-qrati Maltin.
Bil-għan li tiffaċilita l-proċess sabiex jitnaqqsu l-kawżi pendenti, l-amministrazzjoni tal-qorti bdiet taħseb kif tista’ tutilizza l-ispazju tal-Qorti aħjar billi żżid l-awli fil-Qorti. Ġew identifikati tliet postijiet li jistgħu jiġu konvertiti f’awli li kienu: l-eks uffiċċju tal-Prim Imħallef fit-tieni sular u l-librerija u s-sala ta’ taħriġ li kienu fit-tielet sular. Ix-xogħol rigward l-awla li kellha tieħu post l-eks uffiċċju tal-Prim Imħallef seta’ jibda immedjatament peress li dan l-uffiċċju kien diġà ġie trasferit għall-binja San Tumas More. L-ewwel seduta f’din l-awla saret nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Marzu 2017.
Wara li nbena arkivju ġdid fi Crown Works Ditch, il-Furjana, bi spazju ta’ 300 metru kwadru, seta’ jitbattal parti mill-Arkivju Ċivili sabiex fl-ispazju li tbattal inbnew librerija u sala ta’ taħriġ ġodda li kienu lesti f’Ġunju 2017. B’hekk il-librerija u s-sala ta’ taħriġ li kienu fit-tielet sular tbattlu u seta’ jibda x-xogħol fuq iż-żewġ awli. In konnessjoni mal-bini ta’ dawn iż-żewġ awli kien issaqqaf kuritur bejn it-tieni u t-tielet sular biex inħolqot waiting area u aċċess għaż-żewġ awli li kienu se jinbnew.
L-awli huma attrezzati b’sistema ta’ arja kundizzjonata u b’apparat modern ta’ recording u b’dak kollu li hu rikjest sabiex awla tkun tista’ tiffunzjona kif jixraq.
Aqra iżjed: http://www.one.com.mt/2017/03/10/wieghda-mwettqa-awla-gdida-bl-ewwel-seduta-ssir-il-gimgha-d-diehla/