Is-Sibt 12 ta’ Marzu f’Ħal Far Raceway, l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing se torganizza ‘Run What You Bring’. F’din l-attività, kulħadd jista’ jsuq il-karozza tiegħu, jew bħala avventura, kif ukoll bi tħejjija għall-kampjonat nazzjonali tal-kwart ta mil, sponsorjat mill-Enemed u li ser jibda fil-ġimgħat li ġejjin. Se jkun hemm ukoll trofej u premjijiet għal xi tipi ta’ karozzi, fosthom karozzi tat-triq.
Il-Ħadd 13 ta’ Marzu, l-Island Car Club ser jorganizza l-ewwel rawnd tal-Kampjonat Nazzjonali tal-Hillclimb bis-sapport ta England Insurance. Disgħin karozza se jikkompetu f’diversi klassijiet f’Dawret il-Mellieħa, il-by-pass mill-Għadira sal-Mellieħa. Triq li hija magħrufa mid-dilettanti tal-motorsport bħala Pennellu.
Iż-żewġ attivitajiet joffru esperjenza kbira u huma miftuħa għall-pubbliku, u jistgħu jitgawdew mill-membri kollha tal-familja.