Gary Giordimaina u Andrew Azzopardi se jkunu qed jipparteċipaw fil-Kampjonat Ewropew ta’ taħt it-23 sena li se jittellgħu f’Novi Sad fis-Serbja.
Giordimaina se jipparteċipa fil-kategprija tas-57 kilo waqt li Azzopardi se jikkompeti fil-kategorija tas-70 kilo.
Ta’ min jgħid li dawn il-Kampjonati huma organizzati mill-United World Wrestling fejn jipparteċipaw l-aqwa atleti mir-Russja, l-Ukrajna u l-Ungerija.
L-atleti se jkunu akkumpanjati mill-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina.
Din il-kompetizzjoni se tkun waħda minn ħafna li l-federazzjoni Maltija tal-Lotta se tkun qed tieħu sehem fihom.
Fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju mit-twaqqif tal-Federazzjoni, hemm l-intenzjoni li tkun organizzata kompetizzjoni f’pajjiżna f’Novembru bil-parteċipazzjoni ta’ timijiet barranin.