Anzjana ta’ 68 sena u tifel ta’ ħames snin ittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara argument ma’ anzjana oħra ta’ 73 fi spiżerija s-Siġġiewi. L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Paroċċa. Iż-żewġ anzjani u t-tifel huma kollha residenti s-Siġġiewi.
Dawk li kienu fl-ispiżerija nħarrġu ‘l barra mill-Pulizija u l-ispiżerija ngħalqet sakemm issir l-investigazzjoni.
Tfajla li taħdem f’din l-ispiżerija kienet imbikkma u taħt xokk filwaqt li fl-ispiżerija stajna naraw ħafna mill-prodotti mal-art.
Il-kundizzjoni tal-anzjana u t-tifel għadha mhux magħrufa.