Żewġ anzjani ta’ 82 u 66 sena li kienu jbatu minn mard kroniku ieħor mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 82 sena ddaħħal l-isptar Mater Dei fil-25 ta’ Settembru u kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-26 ta’ Ottubru. Huwa miet ilbieraħ fl-isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 66 sena kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Ottubru u ddaħħal l-isptar Mater Dei fit-8 ta’ Ottubru. Huwa baqa’ jingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-isptar Mater Dei fejn miet ilbieraħ.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-familjari u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza fiżika u l-użu tal-maskra kullimkien.