Raġel ta’ 68 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li flimkien ma’ mara ta’ 66 sena ittajjar fid-daħla tal-isptar Mater Dei, il-kundizzjoni tal-mara għad mhux magħrufa.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li ż-żewġ anzjani sfaw milquta minn vettura tat-tip Honda Fit li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena residenti l-Imtarfa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.