Żewġ anzjani, raġel ta’ 78 sena u mara ta’ 83 sena, it-tnejn mill-Għarb, ittieħdu l-isptar wara inċident bejn żewġ karozzi f’Għajnsielem.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra tal-bieraħ filgħaxija fi Triq l-Imġarr.
Fuq il-post marret il-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi: karozza misjuqa minn żgħażagħ ta’ 19-il sena minn Għajnsielem u l-karozza li fiha kien hemm il-vittmi.
Tim mediku mar fuq il-post u ħa liż-żewġ anzjani l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn l-anzjan ġiet iċċertifikat li weġġa’ gravi, waqt li l-anzjana ġiet iċċertifikata li weġġgħet ħafif.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.