Żewġ anzjani ta’ 80 sena, it-tnejn minn Raħal Ġdid, weġġħu gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-7:30 ta’ dalgħodu fi Triq il-Baċir.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, li mill-ewwel stħarriġ ħareġ li sewwieq ta’ karozza ta’ 80 sena, li tilef il-kontroll u ħabat f’ħajt.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ persuni l-Isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.