Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan qalu fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 77 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-4 ta’ Diċembru. Hu miet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjana ta’ 89 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 ilbieraħ 7 ta’ Diċembru. Hija mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.