Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan qalu fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa.
Fl-ewwel każ, anzjan ta’ 69 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-21 ta’ Novembru. Hu miet tard ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ, anzjan ta’ 81 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-18 ta’ Novembru. Hu miet dalgħodu fir-Residenza San Vinċenz de Paul.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd jimxi mal-miżuri ta’ prevenzjoni.