Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal anzjan minnhom, li kellu 79 sena, miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei wara li kien irriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru.
Anzjan ieħor, li kellu 71 sena, ukoll miet aktar kmieni llum fl-isptar Mater Dei. Huwa kien rriżulta fil-pożittiv għall-Covid-19 fil-31 ta’ Ottubru.
Il-Ministeru għas-Saħħa għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex kulħadd josserva l-miżuri ta’ prevenzjoni.