Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa ntqal li anzjan ta’ 75 sena miet ilbieraħ fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar Mater Dei. Dan wara li fl-14 t’Ottubru rriżulta pożittiv għall-Covid-19. Huwa kien iddaħħal l-isptar Mater Dei fil-15 t’Ottubru.
Intant, anzjana ta’ 90 sena wkoll mietet waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19. Hija ttestjat pożittiva fil-31 t’Ottubru u ddaħħlet l-isptar Mater Dei għal aktar kura dakinhar stess.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u mill-ġdid appella biex ikunu osservati l-miżuri ta’ prevenzjoni.