Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa qal li l-ewwel anzjan li kellu sitta u tmenin sena, iddaħħal l-Isptar Mater Dei fl-ewwel ta’ Novembru u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 dakinhar stess. Huwa aktar kmieni llum f’Mater Dei.
Anzjan ieħor ta’ sebgħa u tmenin sena kien iddaħħal l-Isptar fl-ewwel ta’ Novembru wkoll u ġie kkonfermat pożittiv għall-Covid-19 l-għada. Huwa wmiet aktar kmieni llum.
Huma kienu jbatu minn mard kroniku ieħor.
Il-Ministeru għas-Saħħa ta l-kondoljanzi lill-qraba u appella biex il-poplu jkun prudenti u jobdi l-miżuri ta’ prevenzjoni fosthom l-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali.