Żewġ anzjani, li kienu residenti f’żewġ djar tal-anzjani separati, mietu waqt li kienu pożittivi bil-Covid-19.
L-ewwel każ kien anzjan ta’ 91 sena. L-anzjan kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-14 ta’ Settembru. Huwa baqa’ jingħata l-kura sakemm miet ilbieraħ tard bil-lejl.
It-tieni każ huwa ta’ anzjana ta’ 73 sena. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Settembru. Hija baqgħet tingħata l-kura sakemm mietet matul il-lejl.
Iż-żewġ anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.