Żewġ anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa.
Fl-ewwel każ anzjana ta’ 82 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-15 ta’ Diċembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ anzjana ta’ 85 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-16 ta’ Diċembru. Hi mietet ilbieraħ fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa, ta l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani u appella biex anke matul din il-ġimgħa tal-Milied nibqgħu viġilanti u nsegwu l-miżuri ta’ prevenzjoni.