Żewġ anzjani ta’ 72 u 86 sena rispettivament mietu waqt li kienu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19
Fi stqarrija l-Ministeru għas-Saħħa spjega li l-ewwel każ huwa ta’ mara ta’ 72 sena, li ddaħħlet l-isptar Mater Dei fil-11 ta’ Awwissu u ttestjat pożittiva għall-Covid-19 fit-12 ta’ Awwissu. Hija ġiet trasferita fit-taqsima tal-Kura Intensiva fil-15 ta’ Awwissu, fejn kienet baqgħet rikoverata. L-anzjana mietet matul dan il-lejl.
Anzjana oħra ta’ 86 sena wkoll mietet dal-lejl fit-taqsima tal-Kura Intensiva f’Mater Dei. Fit-tieni każ, l-anzjana ittestjat pożittiva fit-8 ta’ Settembru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fis-16 ta’ Settembru.
Il-Ministeru għas-Saħħa għadda l-kondoljanzi lill-qraba tal-anzjani, u appella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa, fosthom il-ħasil tal-idejn ta’ spiss, id-distanza soċjali u l-użu tal-maskra.