Żewġ anzjani ta’ 75 sena ndarbu gravi wara li ċeda saqaf f’dar f’Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:00 ta’ filgħodu f’dar li tinsab fi Triq San Pawl, f’Tas-Sliema.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku, li aktar tard ħadhom l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet dwar dan il-każ għadhom għaddejjin mill-Pulizija tad-Distrett.