Anzjana ta’ 83 sena minn San Ġwann sofreit minn ġrieħi gravi wara li tilfet il-kontroll tal-karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu fi Triq Għeriexem, ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-anzjana kienet passiġġiera f’karozza tat-tip Suzuki Alto misjuqa minn anzjana ta’ 82 sena minn San Ġwann li tilfet il-kontroll bil-konsegwenza li ħabtet ma’ arblu tad-dawl u ma’ ħajt.
Iż-żewġ nisa ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard l-anzjana kienet iċċertifikata bi ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq kienet ċċertifikata bi ġrieħi ħfief.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.