Il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-viċi tiegħu żelqu fil-ħalib, jew aħjar fil-prezz tiegħu.
Wara ġimgħat jitkellmu fuq is-suppost żieda il-prezz ta’ dan il-prodott ma wieġbux mistoqsija sempliċi dwaru.
Jew saħansitra wieġbuha ħażin.
Kartuna ħalib kienet u għadha tiswa 81ċ, jekk skimmed tal kartuna l-ħadra. Tiswa 86ċ jekk tal-kartuna l-blu skur.
F’realtà il-Viċi Kap Nazzjonalista, David Agius, spiċċa jivvinta l-prezz tal-ħalib biex jiġġustifika d-dikjarazzjoni tal-kap tiegħu.
Wara d-dikjarazzjoni ta’ David Agius fittxejna fuq li fittxejna. Iżda, l-prezz ta’ David Agius għal ħalib frisk tal-Benna ma sibnih imkien.
Pero hu jinsisti mod ieħor…