Il-blogger Daphne Caruana Galizia terġa’ tgħaffeġ. U terġa’ tasal biex tneħħi artiklu għax tant għaffġet bl-ikrah li ma kienx hemm kif tiġborha.
Din id-darba kitbet li missier Cyrus Engerer kien għall-mass meeting tal-Partit Nazzjonalista fl-ewwel ta’ Mejju. L-artiklu kien komplut b’ritratt b’kaxxa safra tindika raġel li ntqal huwa missier Cyrus.
Imma ma kienx. Wieġeb Cyrus Engerer u qal li Missieru Chris kien il-Belt Valletta juri l-appoġġ lejn Joseph Muscat.
Ftit wara l-istorja sparixxiet.