Il-President Ukren Volodymr Zelensky mistenni jippreżenta l-pjan tiegħu, sabiex jerbaħ lir-Russja, lill-President tal-Istati Uniti Joe Biden.
Dan hekk kif Zelensky jinsab fl-Istati Uniti għall-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Maqgħuda.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta kif wara l-laqgħa ma’ Biden, il-President Ukren se jippreżenta dan il-pjan lill-Kungress u anki liż-żewġ kandidati għall-elezzjoni Presidenzjali: Kamala Harris u Donald Trump.
Din iż-żjara ta’ Zelensky fl-Istati Uniti se ssir, hekk kif il-Gvern Amerikan għaddej b’ħidma dwar pakkett finanzjarju ta’ $375 miljun, bil-għan li jgħin lill-Ukrajna militarment.