Il-President Ukren Volodymyr Zelensky żar ir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Kherson milqut mill-għargħar wara l-ħsara li saret lil diga ewlenija ta’ Kakhovka nhar tat-Tlieta.
Zelensky ilbieraħ akkuża lill-aġenziji tal-għajnuna li naqsu milli jagħtu biżżejjed għajnuna, u appellaw għal sforz internazzjonali biex tingħata assistenza lin-nies maqbuda fl-ilma tal-għargħar fit-territorju okkupat mir-Russi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-isforzi ta’ salvataġġ ikomplu wara li għerqu xejn inqas minn 30 komunità tul ix-xmara Dnipro, skont ministru Ukren.
L-organizazzjoni tas-Salib l-Aħmar wissiet il-mini ta’ l-art li ġew imċaqalqa kawża tal-għagħar huma ta’ tħassib kbir għar-residenti fir-reġjun ta’ Kherson.