Waqt diskors li għamel f’għeluq is-sena minn mindu bdiet l-invażjoni Russa fl-Ukrajna, il-President Ukren Volodymyr Zelensky wera’ x-xewqa biex jiltaqa’ mal-mexxej taċ-Ċina Xi Jinping biex jiddiskutu l-paċi.
Dan wara li Beijing propona dokument bi tnax-il punt dwar kif għandha tintlaħaq il-paċi, bl-enfasi tkun fuq djalogi u rispett lejn is-sovranità nazzjonali.
Minkejja dan, l-istess dokument ma jispeċifikax li l-paċi għandha tintlaħaq billi r-Russja tirtira t-truppi tagħha mill-Ukrajna. Iċ-Ċina iżda kkundannat l-użu ta’ sanzjonijiet unilaterali, kundanna li hu mifhum hija mmirata lejn l-alleati tal-Ukrajna fil-Lvant.
Sa issa l-awtoritajiet taċ-Ċina għadhom ma rrispondewx pubblikament għal dak li qiegħed jipproponi Zelensky, biex hu u Xi Jinping jagħmlu summit flimkien.