Il-Ħadd f’Malta ssuktaw it-taħdidiet favur il-paċi fl-Ukrajna, u li għalihom kien hawn preżenti sitta u sittin delegazzjoni ta’ pajjiżi u organizazzjonijiet internazzjonali minn madwar id-dinja.
Din il-laqgħa għolja, li bdiet titlaqqa’ s-Sibt ġiet indirizzata wkoll mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg, li fiż-żewġ messaġġi rispettivi tagħhom tennew fuq il-paċi.
F’Malta d-delegazzjonijiet esploraw dawn l-oqsma biex tinkiseb paċi komprensiva, ġusta u dejjiema; is-sigurtà nukleari u radjazzjoni, is-sigurtà tal-ikel, is-sigurtà tal-enerġija, il-ħelsien tal-priġunieri tal-gwerra u persuni deportati kollha” u r-restawr tal-integrità territorjali tal-Ukrajna.
Hawnhekk ġiet diskussa wkoll l-inizjattiva li jsir is-Summit tal-Paċi Globali bil-preżenza tal-kapijiet tal-pajjiżi dinjija.
Intant, il-President Ukren Volodymr Zelensky faħħar u rringrazzja lil Malta talli ospitat il-Ukraine Peace Formula.
F’filmat fuq il-midja soċjali, il-President Ukren qal li f’pajjiżna qed jiġu diskussi ħamsa mill-għaxar punti tal-formula favur il-paċi fil-Lvant tal-Ewropa.
Il-Gvern Malti kien rappreżentat mill-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Glenn Micallef.
It is very symbolic that the Peace Formula meeting in Malta takes place on October 28th, the 79th anniversary of the expulsion of Nazi occupiers from the territory of Ukraine.
— Volodymyr Zelenskyy / Володимир Зеленський (@ZelenskyyUa) October 28, 2023
During WWII, the Ukrainian people fought alongside many other nations to defeat evil. Unity provided… pic.twitter.com/yjXoiKuYpA