Il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky ippubblika filmat tal-attakk ta’ missili Russi fuq ċentru tax-xiri f’ Kremenchuk. In-numru ta’ fatalitajiet tela’ għal 20 persuna filwaqt li għexieren oħra ndarbu.
Fl-indirizz tiegħu li jagħmel ta’ kuljum, Zelensky qal li r-Russja attakkat dan iċ-ċentru bi skop.
Min-naħa l-oħra, r-Russja għadha qed tiċħad dan l-attakk, fil-fatt, il-Ministeru għad-Difiża Russu qal li fil-mira kien hemm fabbrika li fiha ħażna ta’ armi u munizzjoni.
Il-President Ukren żied jgħid li l-propagandisti Russi li qed ixerdu gideb dwar dan l-attakk se jaffaċċjaw il-ġustizzja flimkien ma’ suldati Russi li qed iwettqu delitti tal-gwerra.
Intant, bħalissa qed jiltaqgħu l-mexxejja tal-pajjiżi msieħba fin-NATO f’summit li qed isir f’Madrid Spanja.