Il-President Ukren Volodymr Zelensky qal li t-taħdidiet mar-Russja għall-paċi bejn iż-żewġ pajjiżi, issa huma aktar realistiċi, iżda jirrikjedu iżjed ħin sabiex eventwalment jiġu mħarrsa l-interessi Ukreni fin-negozjati.
Negozjatur ewlieni Ukren qal li jidher ottimist wara l-aħħar laqgħa u hemm lok għal kompromess anke jekk jeżistu kontradizzjonijiet fundamentali.
Dawn l-aħbarijiet waslu wara li tul il-jum tat-Tlieta r-Russi attakkaw aktar fil-viċin il-qalba tal-kaapitali Kyiv, wara li taw in-nar lil blokka appartamenti ta’ ħmistax-il sular.
Matul dan il-lejl, Zelenskyy qal li kulħadd irrid jaħdem għan-negozjati mall-Federazzjoni Russa inkluż ir-rappreżentati Ukreni u n-negozjaturi tal-istess pajjiż. Kompla jgħid li minkejja li hi diffiċli iżda hu mportanti lill-gwerra tintemm wara li jintleħaq qbil. Zelensky temm jgħid li jinsab infurmat lill-laqgħat bejn iż-żewġ pajjiżi se jkomplu u jidher li issa huma aktar realistiċi.