F’messaġġ li għadda tard il-Ġimgħa filgħxija, il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelensky tkellem fost oħrajn dwar is-sitwazzjoni f’Mariupol.
Din il-belt tinsab f’pożizzjoni strateġika għar-Russja, u li għalhekk, il-ġlied għall-port fin-nofsinhar tal-Ukrajna ma waqafx.
Zelensky qal li bħalissa għaddejjin negozjati kumplessi ferm dwar il-fażi li jmiss għall-evakwazzjoni ta’ persuni li sfaw midruba, madanakollu ma tax aktar dettalji.
Il-President Ukren irrefera wkoll dwar l-imblokk tal-portijiet Ukreni li jagħtu għall-Baħar l-Iswed, xi ħaġa li l-esperti wissew li tista’ twassal għal kriżi globali ta’ ikel.
Zelensky tenna l-akkuża li għamel, li l-imblokk huwa parti mill-istrateġija Russa biex toħloq paniku.