Tard ilbieraħ filgħaxija, il-President Ukren Volodymyr Zelensky indirizza s-summit tal-Kunsill Ewropew li qed isir fi Brussell.
Huwa ddeskriva l-qerda u l-ħsara li hemm fl-Ukrajna kawża tal-invażjoni Russa filwaqt li rringrazzja lill-Ewropa talli ngħaqdet biex tati l-appoġġ tagħha lill-Ukrajna.
Fl-indirizz tiegħu, Zelensky qal li huwa grat tas-sanzjonijiet li imponiet l-Ewropa fuq ir-Russja, madanakollu tenna li kienu tard wisq. Qal li kieku kien hemm sanzjonijiet preventivi, kien hemm il-possibilità li r-Russja kienet terġa’ taħsibha milli tibda gwerra mal-Ukrajna.
Kompla l-indirizz tiegħu billi talab lill-pajjiżi ġirieni tal-Ukrajna sabiex japprovaw it-talba tagħha sabiex tingħaqad mal-Unjoni Ewropea.
Fl-aħħar ġimgħat Zelensky għamel bosta indirizzi lill-parlamentari madwar id-dinja, u ma qagħdx jomgħodha biex jgħid, li skont hu, jħoss li hu nuqqas ta’ appoġġ lill-Ukrajna mingħand il-pajjiżi tal-Punent.