L-Ewropa affaċċjat il-possibilità ta’ diżastru bir-radjazzjoni hekk kif impjant nukleari Russu ġie maqtugħ minn mal-grid tal-enerġija tal-Ukrajna.
Qal dan il-President Ukren, Volodymyr Zelensky, li spjega kif kien biss grazzi għal sistema ta’ back-up tad-dawl li l-impjant Zaporizhzhia seta’ jopera b’mod sigur.
Bħalissa hemm tħassib kbir dwar ġlied li jista’ jseħħ biswit il-kumpless, li huwa l-ikbar impjant nukleari fl-Ewropa.
Fl-indirizz tiegħu ta’ kull filgħaxija, Zelensky wissa li, li kieku l-ġeneraturi tad-diżil ma kinux mixgħula, kieku llum qed inbatu l-konsegwenza ta’ inċident bir-radjazzjoni.
Il-ħsara lill-impjant saret minħabba nirien li qabdu fl-impjant li qatgħu l-linji tal-enerġija fl-impjant, b’riżultat li għall-ewwel darba fl-istorja, iż-Zaporizhzhia nqata’ minn mal-grid nazzjonali.
Zelensky tefa’ l-ħtija tan-nirien fuq l-attakki mir-Russja u akkuża lil Moska li poġġiet lill-Ukrajna u lill-Ewropa kollha pass biss ’il bogħod minn diżastru sħiħ.